Fl-Awstralja: Jingħalqu postijiet li joffru servizzi mhux essenzjali – One News

Notifiki

Fl-Awstralja: Jingħalqu postijiet li joffru servizzi mhux essenzjali

Il-Prim Ministru Awstraljan Scott Morrison ħabbar numru ta’ miżuri fosthom li jingħalqu servizzi meqjusa mhux essenzjali fid-dawl tal-imxija tal-Coronavirus fil-pajjiż.

Morrison iddikjara wkoll li ħwienet tax-xorb, stabbilimenti tad-divertiment, gyms, ċinemas u postijiet ta’ talb jingħalqu. Filwaqt li r-ristoranti u kafeteriji huma permessi li joffru servizz ta’ takeaway biss.
Dawn il-miżuri ser ikun qed jaraw diversi negozji jgħalqu l-bibien tagħhom għajr għal supermarket, petrol stations, farmaċiji u servizzi oħra li joffru delivery.

Minkejja li diversi stati jridu li l-iskejjel jingħalqu, l-Prim Ministru qal li huwa jrid li jżomm l-iskejjel miftuħa u li l-ġenturi jistgħu jżommu lit-tfal id-dar. Ġenituri tennew li huma ma jixtiequx jaraw lill-uliedhom jitilfu sena skolastika sħiħa.

In-numru ta’ każijiet fl-Awstralja żdiedu sew fl-aħħar ġranet hekk kif laħqu l-1,315 każ. Bi New South Wales l-iktar affettwat b’533 każ ikkonfermat. Filwaqt li l-istat ta’ Victoria għandu 296 każ u Queensland għandu 259 każ kkonfermat.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend