Ċiklist iġarrab ġrieħi gravi wara li kien involut f’inċident fin-Naxxar – One News

Ċiklist iġarrab ġrieħi gravi wara li kien involut f’inċident fin-Naxxar

Ċiklist ta’ 46 sena ttieħed b’emerġenza l-Isptar Mater Dei, wara li kien involut f’inċident tat-traffiku ma’ karozza fin-Naxxar.

L-incident seħħ it-Tnejn għall-ħabta tal-4:30 ta’ waranofsinhar fi Triq is-Salina, in-Naxxar.

Minn investigazzjonijiet preliminari li saru rriżulta li seħħet ħabta bejn rota li kienet qed tinstaq minn raġel ta’ 46 sena residenti n-Naxxar u vettura tal-għamla Mercedes Benz, li kienet qed tintsaq minn raġel ta’ 51 sena residenti l-Iklin.

Fuq il-post issejjaħ tim mediku li ta l-ewwel għajnuna u ambulanza ħadet liċ-ċiklist l-isptar għall-kura meħtieġa. Fejn iktar tard, ġie ċċertifikat li qed isofri minn ġrieħi gravi.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija dwar dan l-inċident qed jitmexxew mill-Pulizija tad-Distrett.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend