Raġel ta’ 46 mill-Fgura jeħlisha ħafif wara li l-karozza tiegħu nħakmet min-nirien.
L-inċident seħħ għall-ħabta tal-9:40am fi Triq iċ-Ċilì fin-Naxxar.
Minn stħarriġ preliminari jidher li l-karozza ħadet in-nar waqt li hu kien qed jipparkja.
Għadu mhux magħruf x’inhu l-kaġun wara n-nirien.
Il-karozza hija tal-għamla Peugeot 206 u fuq il-post issejħu d-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili u l-Pulizija tad-Distrett.
Ritratti: Marvin Schembri