Mistennija jidħlu miżuri aktar stretti b’rabta mal-COVID-19 fir-Renju Unit – One News

Mistennija jidħlu miżuri aktar stretti b’rabta mal-COVID-19 fir-Renju Unit

Il-Membri Parlamentari Ingliżi se jkun qed jiddibattu dwar leġislazzjoni ta’ emerġenza kontra l-imxija tal-Coronavirus. Il-Prim Ministru Ingliż, Boris Johnson, wissa li l-miżuri l-ġodda se jkunu aktar stretti kontra l-Coronavirus.

Uħud mill-proposti se jkun hemm il-possibilment tal-għeluq tal-ajruporti kif ukoll il-pulizija jkunu jistgħu jġgħelu lill-persuni bis-sintomi tal-virus biex jiżolaw lilhom infushom. Il-Membri Parlamentari huma mistennija li japprovaw din il-leġislazzjoni.

Skont l-aħħar figuri, in-numru ta’ mwiet fir-Renju Unit laħaq il-281 inkluż persuna ta’ 18-il sena b’kundizzjoni ta’ saħħa kronaka filwaqt li hemm 5,683 każi kkonfermati.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend