Lombard Bank joffri moratorju ta’ 12 -il xahar fuq self tad-djar – One News

Lombard Bank joffri moratorju ta’ 12 -il xahar fuq self tad-djar

Il-Lombard Bank ser ikun qed joffri moratorju lill-klijenti li għandhom self fuq id-dar.

Dan hekk kif ir-riżorsi ta’ dawn il-klijenti jistgħu jiġu affettwati mill-pandemija tal-COVID-19.

Il-bank ser jagħti moratorju ta’ 12 -il xahar għal 80% tal-pagament dovut kull xahar.

Fi stqarrija l-bank Lombard stqarr li din l-għajnuna ser tingħata mingħajr spejjeż iżda xi kundizzjonijiet jistgħu japplikaw.

Klijenti li jixtiequ jagħmlu użu minn din l-iskema, huma mitluba jibgħatu e-mail fuq: [email protected]

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend