L-Olimpjadi jistgħu jiġu postposti – One News

Notifiki

L-Olimpjadi jistgħu jiġu postposti

Matul il-ġurnata tal-lum, il-Prim Ministru Ġappuniż Shinzo Abe ikkonferma li qed tiġi kkunsidrata l-idea tal-possponiment tal-Olimpjadi li huma skedati li skedati li jsiru bejn Lulju u Awwissu li ġej minkejja li fl-aħħar jiem lis-stess Prim Ministru insista li dan il-logħob għandu jsir b’mod regolari.

Huwa mifhum li Abe qed ibiddel fehmtu wara laqgħa importanti li saret f’ħdan il-Kumitat Olimpiku Internazzjonali matul il-ġurnata tal-Ħadd.  Huwa mifhum li kemm Abe u anke l-Kumitat Olimpiku Internazzjonali ma jixtiequx jispiċċaw f’sitwazzjoni ta’ irtirara ta’ diversi atleti u għalhekk jidher li jippreferru jippostponu l-Olimpjadi milli b’ftit parteċipanti.   

Fl-aħħar jiem kienu diversi pajjiżi li urew t-tħassib tagħhom dwar is-sitwazzjoni preżenti b’diversi atleti saħansitra jagħmluha ċara mal-awtoritajiet ta’ pajjiżhom li mhumiex lesti li jmorru Tokyo jekk l-Olimpjadi jsiru f’Lulju li ġej.

Fl-aħħar ħinijiet l-Kanada irtiraw mill-logħob Olimpiku hekk kif mhumiex lesti li jħallu l-atleti tagħhom jkomplu jippreparaw u finalment jivvjaġġaw lejn l-Ġappun.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend