L-armata Ingliża ser tkun qed tqassam tagħmir protettiv lill-ħaddiema tal-isptarijiet – One News

Notifiki

L-armata Ingliża ser tkun qed tqassam tagħmir protettiv lill-ħaddiema tal-isptarijiet

L-armata Ingliża ser tkun qed tgħin fid-distribuzzjoni ta’ tagħmir protettiv lill-ħaddiema tal-NHS li jinsabu fuq quddiem nett fil-ġlieda kontra l-Coronavirus.

L-isptarijiet kienu mgħarrfa li ser ikunu qed jirċievu tagħmir protettiv personali bħall-maskli, ingwanti u lbies protettiv fost oħrajn il-ħin kollu.

L-armata ser tkun qed tagħti s-sapport tagħha wara l-ħaddiema tal-NHS stqarru li m’għandhomx tagħmir tajjeb biżżejjed biex jipproteġu lilhom infushom waqt li jkunu qed jagħmlu xogħolhom ma’ nies li għandhom il-Coronavirus.

Madwar 4,000 ħaddiem tal-NHS iffirmaw ittra li fiha ndirizzaw lill-Prim Ministru Boris Johnson u qalulu biex “jipproteġi ħajjet dawk li jsalvaw il-ħajjiet” filwaqt li qalulu biex jirriżolvi n-nuqqas inaċċettabbli ta’ tagħmir protettiv.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend