Jagħti s-salarju ta’ Marzu lill-Protezzjoni Ċivili Taljana – One News

Notifiki

Jagħti s-salarju ta’ Marzu lill-Protezzjoni Ċivili Taljana

L-Ambaxxatur Malti għall-Italja Joseph Cuschieri qal li l-Maltin kollha li xtaqu jiġu lura lejn l-art twelidhom inġiebu kollha.

F’kummenti ma’ dan l-istazzjon, l-ambaxxatur Joseph Cuschieri qal li bħalissa huwa jinsab Ruma li nbidlet f’deżert u qed jgħix mumenti iebsin mal-poplu Taljan.

Hu stqarr, “Ruma bħalissa deżert. Kull ma tara ftit individwi. Joħorgu għal bżonnijiet. Pulizija jordna lin-nies jibqgħu gewwa. Ambulanza tieħu każijiet ġodda u nies iġorru t-twiebet.”

Għaldaqstant, qudddiem din t-traġedja li qed jaffaċja l-poplu Taljan, l-Ambaxxatur Joseph Cuschieri ried jagħmel l-parti tiegħi u jagħti xi ħaġa lura lil Forzi Taljani tal-Italja li qed iwettqu ħidma diffiċli ħafna.

Spjega li se jagħti s-salarju tiegħu ta’ dan ix-xahar lid-dipartiment tal- Protezzjoni Ċivili tal-Italja.

Dan bħala turija ta’ solidarjetà mal-poplu Taljan li tant intlaqat ħażin mill-imxija tal-Covid-19.

Tħoss għafsa ta’ qalb li tara lil poplu jbati. Ibati kulħadd ġo daru. L-Italja ilha ghaddejja issa mhux bħal Malta għada qed tibda.” Saħaq Cuschieri.

L-Ambaxxaturi Malti appella lill-poplu Malti sabiex isegwi l-pariri tal-Awtoritajiet tas-Saħħa, bil-għan li s-sitwazzjoni f’pajjiżna ma tiggravax bħall-Italja.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *