Il-kundizzjonijiet ekonomiċi jibqgħu qrib il-medja storika – One News

Notifiki

Il-kundizzjonijiet ekonomiċi jibqgħu qrib il-medja storika

F’aġġornament ekonomiku li ħareġ il-Bank Ċentrali ta’ Malta għax-xahar ta’ Frar intqal li l-kundizzjonijiet ekonomiċi baqgħu qrib il-medja storika tagħhom.

Il-Bank Ċentrali, li saħaq li dan kien aġġornament ekonomiku qabel it-tifqiegħa tal-coronavirus f’pajjiżna spjega kif f’Jannar kienet reġistrata żieda sinifikanti fil-wasliet ta’ turisti u l-infiq tagħhom.

Spjega li l-indiċi tal-produzzjoni industrijali u l-bejgħ bl-imnut żdiedu wkoll.

Il-kundizzjonijiet fis-suq tax xogħol baqgħu favorevoli.

Il-qgħad aġġustat għall-effetti staġjonali kien f’livell baxx ta’ tlieta punt erbgħa fil-mija f’Jannar, filwaqt li n numru tal impjegati kompla jikber b’ritmu qawwi, żieda ta’ ħamsa punt sebgħa fil-mija fis sena sa Settembru li għadda.

Il-Bank Ċentrali qal ukoll li l-inflazzjoni fil-prezzijiet għall-konsumatur baqgħet moderata.

Sostna li  kien hemm titjib fil-fiduċja fl-oqsma tal kostruzzjoni u s servizzi.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend