Il-Kampjonati fl-Ingilterra aktarx jkomplu f’Ġunju – One News

Notifiki

Il-Kampjonati fl-Ingilterra aktarx jkomplu f’Ġunju

Il-futbol fl-Ingilterra jidher li ser jkompli f’Ġunju li ġej hekk kif rapport f’wieħed mill-ġurnali Ingliżi qed jindika li l-Kampjonati kollha fl-Ingilterra jerġaw jibdew matul l-ewwel jiem tas-sitt xhar tas-sena wara li l-Gvern Ingliż indika li minn tal-anqas għat-tnax il-ġimgħa li ġejja mhux ser ikun permess attività fejn fiha jkun hemm numri u folol ta’ nies.

L-istess ġurnal Ingliż qiegħed jsostni li ġaladarba l-Kampjonati jibdew fl-ewwel ġimgħa ta’ Ġunju, għandhom jintemmu f’sitt ġimgħat sabiex il-Kampjonati 2020 / 2021 jibdew b’mod regolari f’Awwissu.

Il-ġurnal The Telegraph sostna ukoll li teżisti l-possibilita li anke f’Ġunju l-partiti jintlagħbu bil-bibien magħluqa.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend