Harvey Weinstein jirriżulta fil-pożittiv għall-Coronavirus – One News

Harvey Weinstein jirriżulta fil-pożittiv għall-Coronavirus

L-eks producer tal-films, Harvey Weinstein, li riċentament ġie kkundannat 23 sena ħabs wara li nstab ħati fuq stupru u fastidju sesswali, irriżulta fil-pożittiv għall-coronavirus.

Weinstein jinsab f’iżolament fil-Faċilità Korrettiva ta’ Wende f’New York. Kien hemm żewġ priġuniera oħra li wkoll irriżultaw pożittivi għall-virus.

Iċ-Ċermen tal-Faċilità Korrettiva, Michael Powers, qal li diversi ħaddiema jinsabu fi kwarantina filwaqt li esprima t-tħassib għall-uffiċjali li ma għandhomx tagħmir protettiv xieraq.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend