Il-Kroazja milquta minn terremot – One News

Notifiki

Il-Kroazja milquta minn terremot

Terremot heżżeż u ħalla ħerba fil-belt kapitali tal-Kroazja Zagreb; b’bosta binjiet sofrew ħsarat estensivi u karozzi li tfarrku kompletament bil-ġebel li waqa’ fuqhom.

Wara t-terremot – li kawża tiegħu żagħżugħ jinsab f’qagħda kritika – is-Sindku ta’ Zagreb appella lill-poplu biex jirritorna d-dar fil-ġlieda kontra l-Coronavirus.

It-terremot li kejjel 5.3 fuq l-iskala richter qed jitqies bħala l-aktar terremot qawwi u li ħalla ħsara fil-belt fl-aħħar mija u erbgħin sena.

Il-President ta’ Malta George Vella wera s-solidarjetà mal-poplu u l-Gvern Kroat f’dawn il-mumenti diffiċli

Il-Prim Ministru Robert Abela qal kif il-Kroazja tinsab fi ħsibijietu f’dawn il-mumenti diffiċli għall-pajjiż u għal dawk kollha affettwati.

 

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend