ARA: Il-Ministru Owen Bonnici jappella lill-istudenti sabiex jużaw il-ħin b’mod għaqli – One News

Notifiki

ARA: Il-Ministru Owen Bonnici jappella lill-istudenti sabiex jużaw il-ħin b’mod għaqli

Il-Ministru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol tella’ filmat għall-istudenti fuq il-midja soċjali sabiex jispjega l-prekawzjonijiet li wieħed għandu jieħu sabiex iwaqqaf it-tixrid tal-imxija tal-Coronavirus.

Fost dawn il-prekawzjonijiet hemm li wieħed joqgħod kemm jista’ jkun id-dar u jiekol ikel bnin u sustanzjuż.

Il-Ministru Bonnici spjega li dan hu żmien diffiċli għall-istudenti għaliex mhumiex jiltaqgħu man-nanniet, ma jistgħux jilagħbu ma’ sħabhom u jaraw lill-għalliema tagħhom.

Iżda aċċenna li l-għalliema qegħdin itellgħu ħafna materjal online sabiex l-istudenti jkunu jistgħu jkompli l-istudji tagħhom mid-dar.

L-istudenti jistgħu jċemplu fuq 25981000 biex jiksbu aktar tagħrif fuq kif jistgħu jaċċessaw ir-riżorsi edukattivi online sabiex ikomplu mexjin ‘il quddiem fl-istudji tagħhom. Il-Ministru Bonnici kompla li jispjega studenti li qegħdin fuq Skema 9 jistgħu jċemplu fuq dan in-numru sabiex jiksbu aktar informazzjoni dwar il-benefiċċji li hemm preparati għalihom.

Il-Ministru appella lill-istudenti sabiex jużaw dan il-ħin b’siewi, billi jaqraw ħafna kotba kemm bil-Malti u anke bl-Ingliż, kif ukoll billi jkunu kreattivi billi jagħmlu xi proġett li ilhom biex jagħmluh imma qatt ma sabu ħin.

Appella wkoll biex dan il-ħin jintuża wkoll sabiex l-istudenti jgawdu lill-ġenituri u l-għeżież tagħhom, illi jgħinunhom iżommu bilanċ mal-istudju u l-ħin rikreattiv.

Iżda fuq kollox il-Ministru Bonnici saħaq fuq l-importanza li nimxu fuq dak li jgħidulna l-esperti, inkluż it-tfal għaliex b’hekk nistgħu negħlbu din l-isfida.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *