5% iżjed użu tal-ilma mindu feġġ l-ewwel każ ta’ coronavirus – One News

Notifiki

5% iżjed użu tal-ilma mindu feġġ l-ewwel każ ta’ coronavirus


Jiem biss wara li ġie rrappurtat l-ewwel każ ta’ Coronavirus f’pajjiżna, żdied b’5% il-konsum tal-ilma.

Din l-informazzjoni ħarġet mill-korporazzjoni għas-servizzi tal-ilma hekk kif fil-vit tal-ilma hemm iżjed miljuni ta’ litri mis-soltu għall-konsum tal-poplu.

Dan imur id f’id mal-parir tal-awtoritajiet biex il-poplu jibqa’ jaħsel idejh ta’ spiss bl-ilma u s-sapun biex jeħles mill-mikrobi.

Intant fil-jum dinji għall-ilma, informazzjoni tal-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika (NSO) turi kif is-sena l-oħra tkejlu 17-il miljun metru kubu inqas ta’ xita mis-sena ta’ qabel.

L-ammont ta’ xita li tkejlet fl-2019 tikkumpara sew max-xita li tkejlet ħames snin ilu u tiżboq iżjed dik imkejla fl-2016 u l-2017.

Intant id-djar użaw l-aktar ilma, kważi 66% tal-konsum tal-ilma fl-2018 kien ikkonsmat fid-djar.

Isegwu d-djar kien hemm il-qasam tas-servizzi.

L-industriji tal-manifattura kkunsmaw għaxra fil-mija tal-ilma użat filwaqt li l-biedja użat ftit iżjed min-nofs perċentwal.

Is-sena l-oħra ġew ipproduċuti 35 miljun metru kubu ta’ ilma filwaqt li nħlew 4 miljun metru kubu ta’ ilma waqt id-distribuzzjoni tal-ilma.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend