Mit-Tnejn is-servizz tal-pompi tal-fjuwil bl-attendant se jieqaf fis-2pm – One News

Notifiki

Mit-Tnejn is-servizz tal-pompi tal-fjuwil bl-attendant se jieqaf fis-2pm

Il-kamra tan-negozji żgħar u medji ħabbret li b’effett minn nhar it-Tnejn 23 ta’ Marzu, il-pompi tal-fjuwil kollha f’Malta u Għawdex se joperaw bl-attendant sas-2:00ta’ waranofsinhar. Dan filwaqt li mis-sagħtejn ta’ waranofsinhar ‘il quddiem il-pompi se jibqgħu jaħdmu bis-sistema ta’ self-service biex b’hekk is-servizz jkun jista’ jibqa’ jingħata 24 siegħa kuljum.

Il-kamra qalet fi stqarrija li dan qed isir bi ftehim mal-Enemed minħabba raġunijiet ta’ sigurtà kawża tal-imxija tal-Coronavirus.

Il-kamra sostniet li dan l-avviż se jibqa’ fis-seħħ sakemm jinħareġ komunikat ieħor.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend