ARA: Miżuri sanitarji ġodda ta’ sigurtà fil-Port Ħieles – One News

Notifiki

ARA: Miżuri sanitarji ġodda ta’ sigurtà fil-Port Ħieles

Il-Ministeru tat-Turiżmu u l-Korporazzjoni tal-Port Ħieles ħejjew miżuri ġodda ta’ sigurtà u sanitarji fid-dawl tal-Coronavirus. Dawn saru skont direttivi tal-awtoritajiet tas-saħħa.

F’messaġġ lill-midja l-Ministru Julia Farrugia Portelli spjegat li l-operat tal-Port Ħieles hu essenzjali għaliex minnu jgħaddu numru ta’ servizzi kruċjali.

Hija spjegat: “Din hija ħidma li hija mportanti li tibqa għaddejja anke għaliex permezz tal-Port Ħieles Malta tiddependi fuq il-konsenji tal-ikel, tal-mediċini li jidħlu fil-pajjiż. Din il-ħidma qed issir b’tali mod illi jkunu osservati wkoll id-distanzi neċessarji bejn il-ħaddiema li jkunu fuq l-art u dawk abbord.”

Bil-miżuri l-ġodda kull kaptan ta’ bastiment, qabel jidħol fl-ibħra territorjali Maltin irid jipprovdi dikjarazzjoni dwar jekk abbord hemmx persuni morda.

L-ekwipaġġ se jibda jiġi skrinjat minn persuna medika u mhux se jitħalla jinżel l-art għal ftit sigħat. Fl-istess ħin, ħaddiema li skadilhom il-kuntratt mhux se jitħallew jinżlu Malta biex imorru l-ajruport.

Il-Kap Eżekuttiv tal-Malta Freeport Terminal, Alex Montebello spjega li l-Freeport għandu rabta ma’ diversi pajjiżi internazzjonali minħabba l-importazzjoni u l-esportazzjoni li jara.

Is-Sur Montebello stqarr: “Għaldaqstant irridu minn kwalunkwe mod nissalvagwardjaw illi din il-linja, din il-konnessjoni daqstant importanti tiġi garantita.”

Il-Korporazzjoni ħadet il-prekawzjonijiet kollha sabiex l-impjegati ma jkollhomx kuntatt ma’ min ikun qed jiġi skenjat fosthom billi jżommu distanza notevoli u li l-komunikazzjoni ssir bir-radju. Dan apparti l-użu kontinwu ta’ lbies protettiv u ċ-ċans li ħaddiema tal-amministrazzjoni jaħdmu mid-dar.

Il-Kap Eżekuttiv tal-Port Ħieles, is-Sur David Magro sostna: “Dejjem trid tkun żgur biex tipprevjeni. Miżuri oħra li ħadna bħala awtoritá hawnhekk aħna min-naħa tagħna li waqqafna dejjem in liaising mal-Awtoritajiet tas-saħħaon shore u off shore crew changes li jkun hawn. Nista’ ngħid qed issir ħidma konġunta biex inkunu in synchmal-proċeduri li dejjem qed toħroġ u jaġġorna l-health minn żmien għal żmien.”

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend