Appell biex nieħdu ħsieb xulxin anki minħabba li l-inċidenza tal-vjolenza domestika taf tkun ogħla – One News

Notifiki

Appell biex nieħdu ħsieb xulxin anki minħabba li l-inċidenza tal-vjolenza domestika taf tkun ogħla

Il-Kummissjoni dwar il-Vjolenza  Abbażi ta’ Ġeneru u l-Vjolenza Domestika tixtieq tiġbed l-attenzjoni tal-pubbliku rigward il-bżonn li nieħdu ħsieb xulxin f’dan iż-żmien ta’ sfida li għaddejjin minnu. Dan ifisser li nieħdu ħsieb tagħna nfusna u ta’ dawk qrib tagħna fuq livell kemm fiżiku kif ukoll mentali, billi nirrispettaw il-bżonnijiet ta’ kulħadd u billi nsegwu l-istruzzjonijiet tal-awtoritajiet sabiex jinżammu l-kalma u l-ordni.

Aħna lkoll nerfgħu responsabbiltà tal-benesseri u s-sigurtà ta’ xulxin, u tal-eżempju li nagħtu lil uliedna, meta issa qed inqattgħu ferm aktar ħin ġewwa darna. Niftakru li  lkoll kemm aħna għandna s-sehem tagħna x’nagħtu. Dan jinkludi li nirrappurtaw immedjatament jekk naħsbu li xi ħadd huwa f’xi forma ta’ periklu, bħal ma huma vittmi ta’ vjolenza domestika.

  F’dawn iż-żminijiet ta’ isolazzjoni  sabiex nipproteġu lilna nfusna mill-pandemija tal- Covid-19,  tista’ tiżdied l-inċidenza tal-abbuż u tal-vjolenza bejn membri ta’ familji. Ċemplu 179 jew 112 biex tirrappurtaw u/jew titolbu għajnuna jew parir. Tistgħu tniżżlu l-applikazzjoni għall-mobile 112 billi żżuru dan is-sit elettroniku:

https://homeaffairs.gov.mt/en/MHAS-Information/112mt/Pages/112mt.aspx

Tistgħu iċċemplu dawn in-numri li ġejjin għal għajnuna professjonali f’każi ta’ vjolenza domestika:

Victim Support Malta:                                                21228333

Social Work Unit Gozo:                                             21556630

Dar Emmaus:                                                              21552390

Mental Health Malta:                                                  23304313

Dar Merħba Bik:                                                         21440035

SOAR Support Group:                                               21808981

Rainbow Support Service (LGBTIQ):                        21430009

Fondazzjoni Dar il-Hena:                                           27888211

Programm Sebħ – Dar Qalb ta’ Ġesu:                        21482504

Women’s Rights Foundation:                                     79708615

Il-Kummissjoni kontra l-Abbuż Abbażi ta’ Ġeneru u l-Vjolenza Domestika trodd ħajr lill-gvern Malti, b’mod speċjali lis-settur tas-saħħa, il-Korp tal-Pulizija u l-awtoritajiet ġudizzjarji, għaqdiet mhux governattivi u individwi li jaħdmu bla heda f’dan il-qasam.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend