Wara li fl-aħħar ġimgħat, l-għajta tal-Partit Nazzjonalista kienet li f’dan iż-żmien delikat isir lockdown mingħajr ma kien konxju tar-riperkussjonijiet li dan jista’ jġib miegħu, issa l-istess Oppożizzjoni ddeskriviet il-pakkett ta’ €1.8 biljun f’miżuri għan-negozji u l-familji mħabbra mill-Prim Ministru bħala daħka fil-wiċċ.
Filwaqt li l-Partit Nazzjonalista jinġarr mal-kurrent u jfajjar miżuri mingħajr lanqas biss jikkalkula ċ-ċifri tagħhom, il-Gvern kommess li dan il-pakkett ambizzjuż u b’saħħtu mhux biss ikun ta’ għajnuna għan-negozji u l-familji iżda wkoll jiggarantixxi serħan il-moħħ u jipproteġi l-likwidita’ tan-negozji Maltin u Għawdxin u l-ħaddiema kollha li jaħdmu f’pajjiżna.