ARA: Kif se tibbenefika mill-pakkett ta’ żewġ biljun ewro – One News

Notifiki

ARA: Kif se tibbenefika mill-pakkett ta’ żewġ biljun ewro

Il-pakkett ekonomiku ta’ żewġ biljun ewro li tħabbar l-Erbgħa filgħaxija huwa msejjes biex jagħti l-likwidità lin-negozji ta’ €1.6 biljuni:

• €700 miljun f’kontijiet tat-taxxa li jitħallsu aktar ’il quddiem
• €900 miljun f’dawk li huma garanziji bankarji;

Huwa stmat li l-posponiment tal-ħlasijiet tat-taxxa tad-dħul, VAT u kontribuzzjonijiet tal-bolla ta’ Marzu u April kemm għal min iħaddem u li jaħdmu għal rashom se jkun ilaħħaq għal madwar €400-€700miljun.

Mill-Fond Nazzjonali għall-Iżvilupp Soċjali se jkunu qed jingħataw sa €150miljun f’dawk li huma garanziji bankarji injezzjoni diretta ta’ €210miljuni (1.5% tal-PGD) sabiex tkun mgħejjuna l-ekonomija u jkunu mħarsa l-impjiegi b’dan il-mod:

• €35miljun oħra sabiex jiġi miġġieled il-coronavirus

• €350 lil min iħaddem għal kull impjegat fuq leave tal-kwarantina

• Leave addizjonali ta’ xahrejn imħallas bir-rata ta’ €800 fix-xahar li jkopri leave għall-familji lil 12,000 familja fejn il-ġenituri t-tnejn li huma jaħdmu u fejn ma jistax isir teleworking u allura xi ħadd irid jieħu ħsieb lit-tfal (il-miżura se tiswa sa €16-il miljun)

• 20,000 u 44,000 ħaddiem li jaħdmu f’intrapriżi li l-aktar li sofrew mis-sospensjoni tal-operat (fosthom tar-ristoranti u l-lukandi) jitħallsu jumejn fil-ġimgħa bbażati fuq is-somma ta’ €800 fix-xahar (il-miżura se tiswa sa €3 miljuni fil-ġimgħa)

• 5,700 li jaħdmu għal rashom fl-oqsma ukoll tar-ristoranti u l-lukandi se jitħallsu ta’ jumejn fil-ġimgħa bbażati fuq €800 fix-xahar filwaqt li dawk li jħaddmu aktar nies magħhom se jkunu qed jitħallsu ta’ 3 t’ijiem

• Sa 47,500 ħaddiem li jaħdmu f’intrapriżi li sofrew tal-inqas tnaqqis fl-operazzjonijiet tagħhom b’25% se jkunu qed jingħataw ħlas ta’ ġurnata fil-ġimgħa bbażata fuq €800 fix-xahar (il-miżura se tiswa sa €1.6 miljun fil-ġimgħa)

• 9,600 li jaħdmu għal rashom u li sofrew tal-inqas tnaqqis fl-operazzjonijiet tagħhom b’25% jew aktar se jkunu qed jingħataw ħlas ta’ ġurnata fil-ġimgħa bbażata fuq €800 fix-xahar, dawk li se jħaddmu n-nies magħhom se jingħataw jumejn flok ġurnata (il-miżura se tiswa madwar €450,000 fil-ġimgħa

• Ħaddiema li setgħu jew jistgħu jitilfu l-impjieg tagħhom b’effettt mid-9 ta’ Marzu 2020 se jkunu qed igawdu minn benefiċċju temporanju ġdid ta’ €800 fix-xahar

• Persuni b’diżabilità li ma jistgħux jaħdmu mid-dar iżda bilfors iridu jibqgħu d-dar minħabba li huma fost l-aktar vulnerabbli jekk jintlaqtu mill-coronavirus se jkunu qed jingħataw €800 fix-xahar

• Dawk li ħa jitilfu l-impjieg tagħhom u għandhom kera xi jħallsu li iżda ma kinux jikkwalifikaw għas-sussidju tal-kera ser jikkwalifikaw għal dan is-sussidju

• Żieda fis-sussidju tal-kera fejn kien hemm dipendenti wieħed mill-koppja li spiċċat tilfet l-impjieg u li kienet diġà tibbenefika min dan is-sussidju

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *