Sospiżi t-testijiet tal-VRT – Il-liċenzji tal-karozzi skaduti se jibqgħu validi – One News

Notifiki

Sospiżi t-testijiet tal-VRT – Il-liċenzji tal-karozzi skaduti se jibqgħu validi

L-Awtorità għat-Trasport f’Malta tavża li l-liċenzji tal-vetturi kollha li jiskadu mill-aħħar ta’ Marzu 2020 ‘il quddiem ser jibqgħu awtomatikament validi għax-xhur ta’ wara, sakemm dawn il-vetturi jkunu koperti b’polza tal-assikurazzjoni valida.
Dan l-avviż se jibqa’ validu sakemm ikun hemm avviż ieħor mill-istess Awtorità.

Dan ifisser ukoll li mhux se jkunu qed isiru testijiet tal-VRT għal dawk il-vetturi li jeħtiġuh f’dan il-perjodu sabiex tkun tista’ tiġġeded il-liċenzja tagħhom, tant li l-faċilitajiet li jagħmlu dawn it-testijiet se jkunu kollha magħluqin b’effett immedjat. Minkejja dawn il-miżuri, l-Awtorità tisħaq illi biex issuq il-vetturi tiegħek xorta waħda għandek bżonn polza tal-assikurazzjoni valida maħruġa b’mod elettroniku mill-kumpaniji u/jew l-intermedjarji tal-assikurazzjoni lokali.

Dawn il-miżuri qed jittieħdu fid-dawl tas-sitwazzjoni preżenti fir-rigward tal-imxija tal-Coronavirus. L-għan huwa li permezz ta’ dawn l-inizjattivi kemm jista’ jkun jitnaqqas il-kuntatt ta’ persuni differenti ma’ xulxin.

Dawn il-miżuri qed jittieħdu wara dikussjonijiet mal-Awtoritajiet tas-Saħħa u b’kollaborazzjoni mal-Malta Insurance Associations (MIA) u l-Malta Chamber of SMEs (l-eks GRTU).

Din in-notfika se tkun qed tibqa’ valida sakemm ikun hemm komunikat ieħor.

Ta’ QabelLi Jmiss

1 Comment

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend