Se jieqfu t-titjiriet kollha lejn Malta – One News

Notifiki

Se jieqfu t-titjiriet kollha lejn Malta


F’nofs il-lejl ta’ bejn il-Ġimgħa u s-Sibt illi ġej se jieqfu t-titjiriet kollha lejn Malta bħala mezz ta’ prekawzjoni kontra t-tixrid tal-coronavirus.

Qalet dan is-Supretendent tas-saħħa pubblika, il-Professur Charmaine Gauci, fl-istess konferenza tal-aħbarijiet li fiha tat id-dettalji dwar l-aħħar każijiet tal-coronavirus.

Hija spjegat: “L-ewwel waqqafna t-titjiriet f’pajjiżi fejn kien hemm trasmissjoni qawwija u issa la hemm effett madwar id-dinja wasal iz-zmien li aħna ħadna deċiżjoni u miżura oħra li waqqafna l-flights minn kullimkien.”

Il-Professur Gauci qalet li se joperaw biss t-titjiriet bil-merkanzija jew għat-turisti li jridu jmorru lura pajjiżhom.

Hija sostniet: “L-unika eċċezzjoni hi l-flight ta’ Heathrow li tidħol kmieni is-sibt filgħodu. Jekk ħa taraw ajruplani neżlin se jkunu vojta biex jieħdu t-turisti. Jiġfieri l-ajruport se jibqa miftuħ biex jieħdu t-turisti.”

 Intant ftit qabel mas-Supretendent tas-Saħħa Pubblika ħabbret is-sospensjoni tat-titjiriet, il-linja nazzjonali tal-ajru l-Air Malta ħabbret li qed tissospendi t-titjiriet kummerċjali kollha tagħha.

L-Air Malta appellat lil dawk il-Maltin li jinsabu barra mill-pajjiż jikkuntattjaw lill-Ministeru għall-Affarijiet Barranin u Ewropej u dawk il-barranin li jinsabu hawn Malta għandhom jagħmlu kuntatt mal-ambaxxati rispettivi tagħhom.

L-Air Malta spjegat li dawk li kellhom il-biljetti maqtugħin wara dawn il-jumejn li ġejjin jistgħu jitolbu għal rifużjoni.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend