L-Air Malta tissospendi it-titjiriet kollha mill-Ġimgħa – One News

Notifiki

L-Air Malta tissospendi it-titjiriet kollha mill-Ġimgħa

Fuq parir tal-Awtoritajiet tas-Saħħa l-Air Malta qiegħda tissospendi t-titjiriet kummerċjali kollha. Dan bil-għan li ma tibqax tinxtered il-coronavirus.

L-Air Malta appellat li dawk il-Maltin li jinsabu barra mill-pajjiż għandhon jikkuntattjaw lill-Ministeru għall-Affarijiet Barranin u Ewropej fuq 356 22042200 jew permezz ta’ email fuq [email protected]

Dawk il-barranin li jinsabu hawn Malta għandhom jagħmlu kuntatt mal-ambaxxati rispettivi tagħhom.

Dawk il-klijenti li se jivvjaġġaw fil-jumejn lin ġejjin jistgħu iċċemplu fuq 25991230 għal aktar informazzjoni rigward il-biljetti.

Filwaqt li klijenti li mhumiex se jsiefru fil-jumejn  li ġejjin jistgħu jibgħatu email fuq [email protected] biex jitolbu għal rifużjoni.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend