Jippreferu jmorru jixtru ta’ Malta flok ta’ barra mill-Pitkalija – One News

Notifiki

Jippreferu jmorru jixtru ta’ Malta flok ta’ barra mill-Pitkalija


Il-Pitkalija u l-kumplament tas-settur tal-agrikoltura mhux qed ikunu affetwati b’mod negattiv mil-imxija tal-Coronavirus f’Malta. Dan hekk kif il-biċċa l-kbira tal-Maltin u l-Għawdxin qed jippreferu jixtru frott u ħaxix minn idejn bdiewa lokali milli dak impurtat minn barra.

Il-Kap Eżekuttiv tal-Pitkalija f’Malta, Marc Vella Bonnici, qal li l-attività fil-Pitkalija hija waħda normali, jekk mhux aħjar minn dik tas-soltu.

Huwa spjega: “Tajjeb illi nserrħu l-imħuħ ta’ kulħadd illi hawnekk ġewwa il-pitkalija kollox għaddej għan-normal. Il-bdiewa qed iġibu x-xogħol u għandna x-xerrejja qed jiġu biex jixtru biex imbagħad ikun jista’ jwasslu fid-djar tan-nies.”

Vella Bonnici qal li l-pitkalija qed tieħu l-prekawzzjonijiet kollha sabiex il-poplu Malti u Għawdxi jaslilhom f’darhom ħaxix u frott bnin kif taf toffri r-raba’ Maltija.

Huwa sostna: “Aħna bħala pitkalija qed nieħdu ħsieb biex dan l-operat jibqa’ għaddej normali, nieħdu l-pekawzzjonijiet kollha li hemm bżonn, ħa nibqgħu inżidu biex ovvjament aħna nassiguraw illi n-nies fid-djar jaslilhom frott lokali kemm jista’ jkun fl-aqwa kundizzjoni.”

Is-Sur Vella Bonnici temm billi ħeġġeġ lil dawk kollha li f’dawn il-jiem se jżuru l-pitkalija, partikolarment ix-xerrejja, sabiex dawn jilbsu maskli u ingwanti sabiex il-pitkalija tibqa’ topera mingħajr xkiel biss min m’għandux dawn l-oġġetti xorta jkun jista’ jinqeda.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend