Imut anzjan li ntlaqat minn karozza ħames xhur ilu – One News

Notifiki

Imut anzjan li ntlaqat minn karozza ħames xhur ilu

one.com.mt jinsab infurmat li anzjan ta’ 82 sena li f’Ottubru li għadda kien intlaqat minn karozza fil-Ħamrun tilef ħajtu fl-Isptar Mater Dei. Dan wara madwar ħames xhur jissilet għal ħajtu.

L-inċident kien seħħ fit-28 ta’ Ottubru għall-ħabta tas-06:15 ta’ filgħodu fi Triq il-Kbira San Ġużepp. Minn stħarriġ preliminari li kienet għamlet il-Pulizija kien irriżulta li l-anzjan mill-Ħamrun kien milqut minn vettura ta’ tip Peugeot misjuqa minn mara ta’ 39 sena minn Santa Venera.

Dwar il-każ kienet infetħet inkjesta Maġisterjali mmexxija mill-Maġistrat Yana Micallef Stafrace.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *