Dalgħodu qed issir l-awtopsija fuq il-katavru li nstab fil-banju f’Santa Luċija – One News

Notifiki

Dalgħodu qed issir l-awtopsija fuq il-katavru li nstab fil-banju f’Santa Luċija

Dalgħodu qed isir l-awtopsja fuq il-katavru li nstab ilbieraħ f’appartament f’Misraħ Dorell f’Santa Luċija.
Sorsi qalulna li l-ġisem huwa ta’ raġel, iżda l-awtopsja se tkun qed tiddentifika l-ġisem li nstab fi stat qawwi ta’ dekompożizzjoni.

Kollox jindika li dan kien każ ta’ omiċidju, bil-persuna nstabet fil-banju mgeżwra minn rasha sa saqajha ġo boroż suwed.

Kien ilbieraħ waranofsinhar li l-ġirien rrapurtaw li kien hemm riħa tinten ħierġa mill-appartament u li kienu ilhom ma jaraw il-perusna li tgħix f’dan l-appartament. B’sorsi qalulna li l-ġisem kien ilu bla ħajja għal madwar erbat ijiem.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija f’dan il-każ qegħdin jitmexxew mill-Ispettur Keith Arnaud.

Aqra wkoll:

AĠĠORNAT: Persuna mejta tinstab imgeżwra f’boroż suwed f’appartament f’Santa Luċija

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend