BIR-RITRATTI: Arrestat wara li prova jidħol jisraq f’dar f’Tas-Sliema – One News

Notifiki

BIR-RITRATTI: Arrestat wara li prova jidħol jisraq f’dar f’Tas-Sliema

Taljan ta’ 38 sena ġie arrestat wara li allegatament prova jidħol jisraq  f’Tas-Sliema.

Kien għall-ħabta tas-5:50 ta’ waranofsinhar meta l-pulizija rċivew rapport li kien hemm persuna li bdiet tgħajjat għall-għajjut wara li kien hemm raġel li beda jipprova jidħol f’darha biex jisraq.

Il-każ ġara fi Triq it-Torri Tas-Sliema.

Il-pulizija marru fuq il-post bir-raġel ħarab jiġri.

Huwa ġie arrestat ftit minuti wara u ittieħed fl-għassa ta’ Tas-sliema għall-aktar investigazzjonijiet.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend