Ara tlugħ ix-xemx fit-Tempji tal-Imnajdra mid-dar tiegħek – One News

Notifiki

Ara tlugħ ix-xemx fit-Tempji tal-Imnajdra mid-dar tiegħek

Tlugħ ix-xemx dejjem iġib miegħu bidu ġdid u sens qawwi ta’ tama. Dak li se jtemm din ix-xitwa, se jkun tlugħ ix-xemx li qatt ma rajna bħalu.

Sa minn żminijiet il-qedem, f’daż-żmien tas-sena, iseħħ fenomenu mill-isbaħ ġewwa t-tempji preistoriċi tal-Mnajdra fil-Qrendi, meta l-ewwel raġġi tax-xemx jixirfu ġewwa l-entratura prinċipali tat-Tempju tan-Nofsinhar biex jimmarkaw l-Ekwinozju tar-Rebbiegħa.

Għal bosta snin, Heritage Malta stiednet lill-pubbliku biex jesperjenza dan it-tlugħ ix-xemx memorabbli proprju minn ġewwa dan is-sit antik. Madanakollu dis-sena, dan l-avveniment kellu jitħassar minħabba l-pandemija tal-Coronavirus.

Xorta waħda, bħala parti mill-missjoni tagħha li tiffaċilita l-aċċess lill-pubbliku għall-Mużewijiet Nazzjonali u s-siti tagħha, nhar il-Ġimgħa, 20 ta’ Marzu fis-6.15 ta’ filgħodu, Heritage Malta se tkun qed twassal dan l-ispettaklu fenomenali b’mod dirett ġewwa l-kumdità tad-djar tagħkom fuq il-paġna tagħha tal-Facebook https://www.facebook.com/HeritageMalta/ fejn imbagħad se jitħalla għall-konsum tal-pubbliku. Peress li dan huwa avveniment naturali, is-suċċess tiegħu jiddependi mit-temp.

Din hija waħda mill-inizjattivi ta’ Heritage Malta biex tipprovdi aċċess virtwali għas-siti u l-Mużewijiet Nazzjonali li huma fdati lilha, wara li dawn kellhom jingħalqu temporanjament minħabba l-imxija tal-Coronavirus.

Żomm ruħek aġġornat ma’ Heritage Malta permezz tas-sit www.heritagemalta.org jew fuq Facebook.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend