AĠĠORNAT: L-iskejjel se jibqgħu magħluqin sa wara l-btajjel tal-Għid – l-għeluq jista’ jiġi estiż – One News

Notifiki

AĠĠORNAT: L-iskejjel se jibqgħu magħluqin sa wara l-btajjel tal-Għid – l-għeluq jista’ jiġi estiż

Il-Gvern jagħmel referenza għall-konferenza tal-aħbarijiet li saret nhar it-12 ta’ Marzu, 2020 li fiha tħabbar li l-iskejjel, childcare centres, kif ukoll l-istituzzjonijiet edukattivi kollha kienu se jagħlqu temporanjament b’effett mill-għada 13 ta’ Marzu 2020 sal-Ġimgħa 20 ta’ Marzu, 2020 bħala miżura ta’ prekawzjoni kontra t-tixrid tal-COVID-19.

Dakinhar kien intqal ukoll li l-Gvern kien se jagħmel pronunzjamenti oħra f’din il-ġimgħa li qegħdin fiha dwar jekk il-perjodu tal-għeluq tal-iskejjel għandux jiġi estiż.

Il-Gvern għalhekk iħabbar li, wara konsultazzjonijiet mal-awtoritajiet tas-saħħa, l-perjodu ta’ għeluq tal-iskejjel, childcare centres, kif ukoll l-istituzzjonijiet edukattivi kollha se jiġi estiż.

Il-Gvern qed jara li din l-estensjoni tkun sad-data tat-tmiem tal-vaganzi skolastiċi tal-Għid. Il-perjodu tal-vaganzi skolastici tal-Għid jintemm nhar il-Ġimgħa 17 ta’ April, 2020.

Il-Gvern qed jirriżerva li, eqreb lejn id-data tas-17 ta’ April 2020 isiru pronunzjamenti ulterjuri wara konsultazzjonijiet mal-Awtoritajiet tas-Saħħa.

Aqra wkoll:

Għalissa l-eżamijiet tal-MATSEC se jsiru kif skedat

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *