Posposta laqgħa importanti tal-FIGC – One News

Notifiki

Posposta laqgħa importanti tal-FIGC

Il-Federazzjoni tal-futbol fl-Italja, l-FIGC ikkanċellat l-laqgħa tat-Tnejn 23 ta’ Marzu li fost l-oħrajn kienet ser tiddiskuti kif u meta ser jitkompla l-futbol fl-Italja. 

Il-President tal-FIGC Gabriele Gravina qal li jinsab konvint li t-3 t’April, id-data ta’ meta kellu jerġa jibda l-futbol fl-Italja, hija kmieni wisq kemm għal sport kif ukoll għal ekonomija b’mod inġenerali.

Intant l-aġent tal-attakant ta’ Fiorentina Patrick Cutrone ikkonferma li l-plejer qed jirkupra b’mod tajjeb ħafna wara li ttestja fil-pożittiv għal Coronavirus. Giovanni Branchini kkonferma li Cutrone u t-tfajla tiegħu qed jirkupraw tajjeb ħafna f’darhom minkejja li qadd ma kienu f’sitwazzjoni allarmanti.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend