Il-President tal-KE tipproponi li jieqaf vjaġġar mhux meħtieġ lejn l-UE għal 30 ġurnata – One News

Notifiki

Il-President tal-KE tipproponi li jieqaf vjaġġar mhux meħtieġ lejn l-UE għal 30 ġurnata

Il-President tal-Kummissjoni Ewropea Ursula Von Der Leyen qed tipproponi li jieqaf l-ivvjaġġar mhux meħtieġ lejn pajjiżi tal-Unjoni Ewropea għal tletin jum.

Hija appellat ukoll biex l-istati membru jagħtu lil xulxin mediċini u affarijiet oħra meħtieġa hekk kif l-imxija tal-coronavirus kompliet tolqot l-Ewropa.

Din il-proposta taffettwa madwar tletin pajjiż u r-Renju Unit u l-Irlanda huma mħeġġin biex huma wkoll jimplimentaw din il-proposta.

Ċittadini tal-Unjoni Ewropea li jkunu qed jirritornaw lura lejn l-UE flimkien ma’ diplomatiċi, tobba u riċerkaturi li qegħdin fuq quddiem jiġġieldu din il-battalja jiġu eżentati minn din il-proposta.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend