Helpline t’assistenza għar-residenti f’Ta’ Xbiex – One News

Notifiki

Helpline t’assistenza għar-residenti f’Ta’ Xbiex

Il-Kunsill ta’ Ta’ Xbiex ħabbar li ser ikun qed joffri assistenaza kuljum għal 24 siegħa permezz tal-Helpline 79338846.

Dan skont il-linji gwida mnedija biex is-servizzi jkomplu jaħdmu b’mod ikkontrollat mingħajr xkiel.

Fi stqarrija, il-kunsill informa lir-residenti li l-ġbir tal-iskart mhux ser jiġi affettwat.

Il-kunsill ħabbar li pagamenti relatati mal-Kunsill, LESA u servizzi oħra jistgħu jitħallsu mill-kunsill jekk jieħdu flus eżatt magħhom.

Il-kunsill qal li l-berġa ser tkun magħlqua iżda ser toffri assistenza b’linji gwida għal servizzi mediċi. Ser ikunu qed jaġġornaw lill-pubbliku b’live streaming, laqgħat informattivi bħal qari ta’ stejjer u messaġġi reliġjużi fost oħrajn.

Ser ikunu qed joffru assistenza għal emerġenzi varji filwaqt li l-kunsil ser jiġi diżinfettat regolarment u membri tal-istaff ser ikollhom ingwanti u maskra protettivi għad-dispożizzjoni tagħhom.

Il-kunsill ser iniedi gwida fuq xirjiet tal-ikel għal persuni li qegħdin taħt kwarantina u għal dawl l-individwi li għandhom minn 60 sena ‘il fuq.

Is-Sindku ta’ Ta’ Xbiex, Max Zammit saħaq li r-resident mhux ser jitħalla waħdu. Stqarr li l-kunsill ser ikun qed jaħdem mal-awtoritajiet biex jiggwidaw lill-pubbliku filwaqt li fakkar li m’hemm l-ebda lok għall-paniku.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend