Helpline għall-anzjani mingħajr sapport – One News

Notifiki

Helpline għall-anzjani mingħajr sapport

Wara li ngħata l-parir u ġie mħeġġeġ biex kemm jista’ jkun l-anzjani ma joħorġux mid-djar tagħhom, il-Ministeru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali, flimkien mas-Segretarjat Parlamentari għall-Anzjanità Attiva u l-Persuni b’Diżabilità, qed iniedu helpline għal dawk l-anzjani li għandhom bżonn in-neċessitajiet u m’għandhom lil ħadd biex jgħinhom.

Bis-saħħa ta’ dan is-servizz, dawk il-persuni li għandhom iżjed minn 60 sena, huma mingħajr l-ebda appoġġ, u għandhom bżonn ta’ xi mediċini, ikliet lesti, jew inkella xi prodotti tal-ikel bħal frott u ħaxix (groceries), jistgħu jingħataw l-għajnuna meħtieġa billi jċemplu fuq 25903030.

Dan is-servizz, li tnieda llum, se jkun disponibbli mit-Tnejn sal-Ġimgħa mit-8am sal-4pm, festi pubbliċi inklużi u nhar ta’ Sibt mit-8am sas-1pm.

Dan is-servizz se jkun wieħed temporanju u ladarba s-sitwazzjoni tinbidel dan is-servizz mhux se jibqa’ applikabbli.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend