Diskussi diversi inizzjattivi għall-kunsilli lokali b’rabta mal-imxija tal-Coronavirus – One News

Notifiki

Diskussi diversi inizzjattivi għall-kunsilli lokali b’rabta mal-imxija tal-Coronavirus

Il-Ministru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali José Herrera llum iltaqa’ b’urġenza mal-Assoċjazzjoni tal-Kunsilli Lokali, mad-Direttorat għall-Gvernijiet Lokali, mal-MP Robert Cutajar, kif ukoll saret konsultazzjoni mal-President tal-Assoċjazzjoni tas-Segretarji Eżekuttivi sabiex jiġu diskussi diversi azzjonijiet u inizjattivi li ser ikunu qegħdin jittieħdu fil-mumenti li ġejjin b’rabta mal-impatti tal-imxija tal-COVID-19 fil-kuntest tat-tmexxija tal-gvernijiet lokali.

L-għan ta’ din il-laqgħa kien sabiex fi spirtu ta’ djalogu miftuħ bejn il-partijiet ikkonċernati jittieħdu d-deċiżjonijiet essenzjali f’dawn iċ-ċirkostanzi, u b’hekk il-gvernijiet lokali jibqgħu joffru l-aħjar servizz liċ-ċittadini Maltin u Għawdxin li għandu jwassal biex il-gvernijiet lokali jibqgħu joffru s-servizz tagħhom lill-pubbliku filwaqt li jittieħdu l-miżuri meħtieġa biex tiġi ssalvagwardjata s-saħħa tal-kunsilliera u l-ħaddiema tagħhom.

Għaldaqstant, fil-ħin li ġej il-Ministru José Herrera ser ikun qiegħed jipproponi Avviż Legali sabiex ikun qiegħed jiffaċilita l-operat tal-gvernijiet lokali inkluż il-metodu biex il-laqgħat ma jkunux interrotti, kif ukoll aspetti operazzjonali oħrajn.

Il-ministeru jappella lill-pubbliku inġenerali sabiex juża mezzi alternattivi elettroniċi ħalli titnaqqas il-ħtieġa li jkun hemm kuntatt dirett mal-istess ħaddiema tal-gvernijiet lokali.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend