Pospost il-ħlas tal-kontijiet tat-taxxa dovuti f’Marzu u f’April għall-kumpaniji u s-self employed – One News

Pospost il-ħlas tal-kontijiet tat-taxxa dovuti f’Marzu u f’April għall-kumpaniji u s-self employed


Il-Gvern nieda sett ta’ miżuri bil-għan li jgħin l-aktar ażjendi milquta mill-Coronavirus.

F’konferenza tal-aħbarijiet f’Kastilja, il-Prim Ministru Robert Abela qal li l-ewwel pakkett ta’ miżuri huwa mmirat għas-setturi milquta l-aktar, li se jibbenefikaw minn posponiment ta’ ħlasijiet tat-taxxi.

Il-Prim Ministru spjega: “B’effett immejdat qegħdin inħabbru posponiment tal-ħlas tal-kontijiet li jiġu dovuti fix-xahar ta’ Marzu u April tat-taxxi ta’ din is-sena tat-taxxi li se ikun qiegħed insemmi. Taxxa provisorja, VAT, kontribuzzjoni tal-ħlas tal-bolla u dan se jgħodd għal min iħaddem u għas-self employed.”

Spjega li dan il-perjodu ta’ posponiment ta’ ħlasijiet dovuti jista’ jiġi estiż jekk is-sitwazzjoni tkun għadha ma rritornatx għan-normal.

Dr Abela tenna li l-ewwel prioritá hija dik tas-saħħa tal-poplu madankollu fakkar li l-ekonomija hija importanti.

Huwa sostna: “Daqstant ieħor hija l-ekonomija ta’ pajiżna. L-ekonomija hija dik li tipproteġi l-impjiegi ta’ kull wieħed u waħda minnha. Is-saħħa hija priorità imma importanti wkoll huma l-impjiegi għax wieħed ikollu bżonn il-flus li wieħed irid jgħix bihom.”

Se tkun qed tingħata wkoll rifużjoni tal-ispejjeż lil dawk in-negozji li investew f’sistemi tat-teleworking. Spjega wkoll li l-Gvern se jkun qed jgħaġġel il-ħlasijiet dovuti minnu fosthom dawk tal-VAT.

ll-Prim Ministru saħaq: “Mingħajr dak is-surplus ma kienx ikun possibbli li nniedu dawn il-miżuri u konna ngħidu lill-poplu issa l-priorità hija s-saħħa imma mis-saħħa imbagħar irridu naraw in0negozji u ħaddiema x’se jagħmlu. Bis-saħħa tal-għaqal tal-Gvern tul dawn is-7 snin mhux ngħidu hekk, qed ngħidu l-impatt ekonomiku inevitabbli. Qed inkun fattwali l-impatt ekonomiku inevitabbli però l-finanzi tla-pajjż se jippermettu biex dan l-impatt intaffuh bl-aktar mod possibbli.”

Il-Ministru Edward Scicluna spjega li l-effetti fuq Malta se jkunu inqas minn dawk fuq pajjiżi oħra u qal li l-Gvern diġà alloka baġit sostanzjali għal din is-sitwazzjoni.

Il-Ministru Sicluna sostna: “Dan huwa l-bidu aħna għandna f’moħħna pakkett li jaqbeż il-mitt miljun ewro f’dak li huwa baġit biss biss għandek l-ispejjeż fuq saħħa li issa qed jammontaw bejn 11 u15-il miljun kiri ta’ sodod u affarijiet oħra. Aħna se nagħtu dak kollu li hemm bżonn lid-dipartiment tas-saħħa. Kull bżonn baġitarju biex is-saħħa tkun l-ewwel u qabel kollox.”

Il-Ministru Silvio Schembri spjega li dawn il-miżuri se jgħinu lill-kumpaniji milquta jkollhom aktar flus biex jaħdmu.

Il-Ministru Schembri qal: “Xtaqt nagħti ftit figuri biex nuri l-portata ta’ dawn il-miżuri. Kumpanija li tħallas €100,000 fix-xahar f’pagi mela din qabel kienet tagħti lill-Gvern €10,000 bolla u kienet tiġbor €10,000 bolla fuq il-ħaddiema tagħha. Kienet tiġbor ukoll 11-il elf taxxa fuq id-dħul. Dawn ix-xahrejn li ġejjin dawn il-€35,000 se tkun tistaż żżommhom għall-likwidità.”

Il-Prim Ministru appella għar-responsabilità f’din is-sitwazzjoni diffiċli u tenna l-appell tiegħu biex dejjem nimxu mad-direttivi tal-awtoritajiet tas-saħħa pubblika.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend