Diskussjonijiet sabiex it-tagħlim isir online – One News

Notifiki

Diskussjonijiet sabiex it-tagħlim isir online

Il-Ministru għall-Edukazzjoni, Owen Bonnici ħabbar li wara laqgħat li kellu mal-istakeholders ewlenin tas-settur edukattiv li jinkludu: l-iskejjel tal-Gvern, tal-Knisja u Indipendenti, kif wkoll l-union tal-għalliema (MUT) sar qbil li: minn nhar it-Tnejn li ġej l-iskejjel primarji kollha jużaw il-paġna www.curriculum.gov.mt fejn fiha se jittella’ l-materjal edukattiv kollu u r-riżorsi għall-kull sena tal-iskola Primarja.

L-edukaturi se jkunu qegħdin jiġu infurmati ta’ kif għandhom itellgħu l-materjal fuq il-website. L-għalliema se jkunu qegħdin jingħataw l-għajnuna neċessarja mid-Direttorat tal-Litteriżmu Diġitali.

Il-Ministru Bonnici appella lill-ġenituri, għalliema, kustodji u studenti biex jirrealizzaw l-importanza biex kulħadd jagħti s-sehem tiegħu u jaġixxi b’mod responsabbli. Dan għaliex matul iż-ħżmien li fih l-istudenti jistgħu jkomplu b’ħajja edukattiva tagħhom anke matul iż-żmien li fih l-iskejjel jinsabu magħluqa. Dan permezz ta’ riżorsi online. Il-Ministru Bonnici saħaq ukoll fuq l-importanza tal-qari.

Huwa tenna li fis-settur post-sekondarju u terzjarju, għaddejjin laqgħat sabiex jkunu jistgħu jintużaw sistemi tal-MUT. Laqgħat li rreġistraw progress importanti.

Dr Bonnici sostna li jekk naħdmu flimkien u niġbdu ħabel wieħed jiirnexxielna negħlbu dawn l-isfidi.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend