BIR-RITRATTI: Seba’ persuni arrestati fuq traffikar ta’ droga

Erbat irġiel u tliet nisa Maltin, li l-età tagħhom tvarja bejn it-18 u s-47 sena, ġew arrestati waqt rejd li sar fi Triq Alessandra f’Bormla.

Allegatament kien qed isir traffikar ta’ diversi tipi ta’ droga illeċita, u mit-tfittxija li saret instabet droga lesta għat-traffikar, fosthom eroina, kokaina, kannabis u crack cocaine.

Is-seba’ persuni ttieħdu fil-Kwartieri Ġenerali tal-Pulizija għal aktar stħarriġ, u l-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend