Raġel ta’ 40 sena minn Ħ’Attard wieġeb inżamm arrest wara li kien mixli li pparteċipa f’attivitajiet sesswali man-neputija tiegħu ta’ 16-il sena f’Diċembru li għadda u fix-xhur u s-snin ta’ qabel.
Huwa kien mixli wkoll li kkorrompa lit-tifla meta kienet taħt il-kustodja tiegħu biex jindokraha, li wettaq attività ta’ natura sesswali u li uża mezzi ta’ komunikazzjoni sabiex jiltaqa’ mat-tfajla biex isiru atti kriminali.
L-imputat wieġeb mhux ħati tal-akkużi miġjuba kontrih.
L-Avukat tad-Difiża Dr Daniel Buttigieg talab għall-ħelsien mill-arrest abbażi tal-preżunzjoni tal-innoċenza u l-fatt li l-Qorti tista’ timponi kundizzjonijiet għall-ħelsien mill-arrest. Semma wkoll il-fatt li l-proċeduri fil-Qorti jinsabu sospiżi kawża tal-Coronavirus u dan se jtawwal il-proċeduri iktar milli skedat.
L-Ispettur Joseph Busuttil min-naħa tiegħu qal li fil-liġi m’hemm l-ebda provediment għal sitwazzjonijiet bħal tal-Coronavirus. Semma’ li hemm ukoll diversi xhieda x’jixhdu u biża’ ta’ intraċċ tal-provi kemm mill-imputat kif ukoll mill-familja tiegħu. L-Ispettur ta x’jifhem li hemm diġà manuvri biex isir l-intraċċ tal-provi.
Min-naħa tiegħu l-Avukat Buttigieg ikkwota l-konvenzjoni Ewropea li tgħid li l-ħelsien mill-arrest għandu jingħata dejjem sakemm m’hemmx raġunijiet serji. Qal li r-raġunijiet li semma l-Ispettur Busuttil ma jjikkonstitwixxux raġunijiet serji u xejjen l-allegazzjoni tal-Ispettur li diġà beda’ jsir l-intraċċ tal-provi għax l-imputat kien arrestat u kulma ċempel lilu u lill-mara.
Il-Qorti ċaħdet it-talba għall-ħelsien mill-arrest minħabba li l-kawża għadha fi stadju bikri u jridu jixhdu diversi xhieda pajżana u membri tal-familja tal-imputat.
Bl-Ispettur Busuttil jiddikjara fil-Qorti li se jagħmel l-almu tiegħu biex itella’ x-xhieda tiegħu malajr kemm jista’ jkun.
Il-Qorti ordnat divjett fuq isem l-imputat.