Titħassar it-tellieqa tal-Formula 1 fl-Awstralja wara każ ta’ Coronavirus – One News

Notifiki

Titħassar it-tellieqa tal-Formula 1 fl-Awstralja wara każ ta’ Coronavirus

Il-tellieqa tal-Formula 1 fl-Awstralja li kellha tibda’ llum tħassret wara li t-tim tal-McLaren irtira mit-tellieqa minħabba li membru tiegħu ttestja pożittiv għall-Coronavirus.

Fl-istess waqt, erba’ membri ta’ tim ieħor ittestjaw negattiv għall-virus.

Fi stqarrija intqal li l-maġġoranza tat-timijiet qablu li f’dawn iċ-ċirkostanzi t-tellieqa m’għandiex issir.

Iktar qabel iċ-ċampjin renjanti tal-Formula Wieħed Lewis Hamilton kien ikkritika l-fatt li t-tellieqa kienet se tibqa’ ssir b’mod skedat, f’dik li sejjaħ bħala deċiżjoni ‘xokkanti’.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend