L-Air Malta b’titjiriet lejn Franza, Spanja, il-Ġermanja u l-Iżvizzera sabiex jinġiebu lura l-Maltin maqbuda – One News

Notifiki

L-Air Malta b’titjiriet lejn Franza, Spanja, il-Ġermanja u l-Iżvizzera sabiex jinġiebu lura l-Maltin maqbuda

F’mumenti bħal dawn toħroġ l-importanza tal-linja nazzjonali ta’ pajjiżna fejn rajna kif minkejja l-isfidi kbar ħdimna biex nġibu lil ħutna Maltin lura darhom.

L-Air Malta se tkun qed topera titjiriet lejn Franza, Spanja, il-Ġermanja u l-Iżvizzera sabiex iġġib lura dawk il-Maltin li huma maqbuda f’dawn il-pajjiżi.

Ħabbar dan il-Ministru Silvio Schembri fuq il-midja soċjali.

Il-Ministru assigura li dawk kollha li talbu l-assistenza se jinġiebu lura lejn pajjiżna.

Għal iktar għajnuna wieħed jista’ jċempel fuq 22042200 jew jibgħat email fuq [email protected]

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend