Il-Futbol lokali bil-bibien magħluqa – One News

Notifiki

Il-Futbol lokali bil-bibien magħluqa

Il-Malta Football Association ħabbret li b’effett immedjat il-logħob kollu tal-football u futsal organizzat mill-Assoċjazzjoni fil-kategoriji kollha f’Malta u Għawdex se jkun qed jintlagħab bil-bibien magħluqa. Dan se jkun qed iseħħ bħala prekawzjoni kontra r-riskji tal-virus COVID-19.

L-MFA qalet li f’dawn iċ-ċirkostanzi huwa dover tagħha li tieħu l-miżuri kollha li hemm bżonn biex tipprijoratizza s-saħħa pubblika.

Dan kollu japplika wkoll għall-football non-league u kompetizzjonijiet organizzati mill-assoċjazzjonijiet membri tal-MFA.

Il-logħob kollu, kompetizzjonijiet, festivals u taħriġ tal-Youth FA u tal-Gozo Youth FA ġew ikkanċellati, hekk kif ġie imwaqqaf ukoll it-taħriġ tas-selezzjonijiet tal-MFA fil-kategoriji U-17, U-16, U-15 u l-akkademja tal-bniet.

L-MFA għaddejja wkoll b’taħdidiet biex tkun tista’ toffri live streaming ta’ uħud mil-logħbiet mill-kompetizzjonijiet tagħha.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend