Il-Kamra tal-Kummerċ u l-Intrapriżi sejħet lin-negozji biex jeżerċitaw standards etiċi fil-prezzijiet li qegħdin jitolbu għall-prodotti bażiċi.
Fi stqarrija, il-President tal-Kamra tal-Kummerċ David Xuereb qal fi żmien ta’ pressjoni dwar l-aspetti kollha tal-ħajja, il-komunità kummerċjali għandha sehem importanti x’taqdi.
Qal li waqt li n-neozji għandhom iħarsu l-operazzjonijiet tagħhom, għandhom ukoll jaġixxu b’responsabbiltà lejn il-klijenti tagħhom.
Il-Kamra tal-Kummerċ qalet li hija konxja li fi żmien fejn hemm domanda qawwija, ir-regoli tas-suq jistgħu faċilment iwasslu għal żieda fil-prezzijiet u għahell appellat lin-negozji biex jeżerċitaw l-ogħla standards possibbli.
Waqt li ħeġġet lill-operaturi biex jaġixxu b’mod responsabbli, qalet li hija disponibbli biex tassisti lill-awtoritajiet kompententi dwar ilmenti li jistgħu jitressqu quddiemhom.