BIR-RITRATTI: Baħħ fil-postijiet famużi fl-Italja li s-soltu maħnuqa bin-nies – One News

Notifiki

BIR-RITRATTI: Baħħ fil-postijiet famużi fl-Italja li s-soltu maħnuqa bin-nies

Dalgħodu d-diversi pjazez u spazji miftuħin mferrxin madwar l-Italja u li s-soltu jkunu maħnuqa bin-nies u t-turisti, dalgħodu sebħu prattikament vojta.

Il-pjazza tad-Duomo f’Milan, il-funtana ta’ Trevi, Piazza di Spagna u Piazza Navona lkoll f’Ruma, il-pjazza prinċipali ta’ Siena u Piazza San Marco f’Venezja fost oħrajn lkoll juru ftit li xejn nies jippassiġġaw.

Dan 12-il siegħa wara li l-Prim Ministru Taljan Giuseppe Conte ħabbar digriet li bih effettivament għalaq lill-Italja kollha fi kwarantina sat-3 ta’ April li ġej sabiex tkompli tkun miġġielda l-imxija tal-Coronavirus fil-pajjiż.

L-Italja uffiċjalment issa hija t-tieni l-iktar pajjiż fid-dinja milqut bil-virus wara ċ-Ċina, b’9,172 każ u 463 mewt ikkonfermata.

Fid-digriet imħabbar mill-Gvern Taljan, l-ivvjaġġar bejn parti u oħra tal-pajjiż huwa pprojbit għal kollox ħlief f’ċirkostanzi straordinarji u li jkunu koperti bil-permessi tal-awtoritajiet.

Twaqqfu wkoll l-attivitajiet sportivi u l-kongregazzjonijiet tal-masses tan-nies f’post wieħed. Ma’ dawn ingħalqu ċ-ċinemas, teatri u mużewijiet fl-Italja kollha.

In-nies huma mitluba jibqgħu f’darhom u f’każ li jkunu f’kuntatt ma’ persuni oħra għandhom iżommu distanza ta’ metru ‘l bogħod mill-persuna.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend