BIL-FILMAT: F’Sydney żewġ nisa l-qorti wara li ġew fl-idejn minħabba t-toilet paper – One News

Notifiki

BIL-FILMAT: F’Sydney żewġ nisa l-qorti wara li ġew fl-idejn minħabba t-toilet paper

Il-pulizija f’Sydney ser ittellgħu żewġ nisa l-qorti wara li allegatament spiċċaw fl-idejn fuq it-toilet paper.

Fi stqarrija l-pulizija qalu li kienu nfurmati bl-inċident għall-ħabta tas-7 ta’ filgħodu wara daħlulhom rapporti ta’ ġlieda li ħalliet mara ta’ 49 sena feruta.

Vidjow li feġġ fuq il-midja soċjali juri grupp żgħir ta’ nisa, jimbuttaw lil xulxin, jgħajtu u jiġġieldu fuq trolley mimlija toilet paper.

Il-pulizija ta’ New South Wales qiegħda kontinwament tinforma lill-pubbliku li m’għandhomx jippanikjaw meta jmorru jixtru u m’għandhomx jaħżnu b’mod speċjali toilet paper u paracetamol.

Iż-żewġ nisa li għandhom 23 u 60 sena minn Bankstown ser jaffaċjaw proċeduri l-qorti fit-18 ta’ April li ġej.

 

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend