16-il miljun kwarantina u toħroġ ordni biex ma jsirux tiġijiet u funerali fl-Italja – One News

Notifiki

16-il miljun kwarantina u toħroġ ordni biex ma jsirux tiġijiet u funerali fl-Italja

Il-Prim Ministru tal-Italja qal li madwar 16-il miljun persuna jinsabu fi kwarantina fir-reġjun tal-Lombardija kif ukoll f’14-il provinċja sal-bidu ta’ April.

Din id-deċiżjoni drastika ttieħdet bħala sforz ġdid biex jiġi kkontrollat il-coronavirus tant li se jkunu qed jagħlqu ċ-ċentri tal-eżerċizzju, pixxini, mużewijiet u kif ukoll żoni fejn isir l-iskiing.

Apparti minn hekk ħarġet ordni biex ma jsiru ebda tiġijiet u funerali kawża tal-kwarantina mandatorja. L-Italja hu l-aktar pajjiż milqut fl-Ewropa fejn 230 persuna tilfu ħajjithom, b’5883 każ s’issa ġie rrapportat.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *