Notifiki

Il-Gozo Channel bi prekawzjonijiet meħtieġa minħabba l-Coronavirus – l-ebda każ f’Għawdex 

Il-Ministeru għal Għawdex jinforma lill-pubbliku li s’issa f’Għawdex ma nstab l-ebda każ ta’ COVID-19 (Coronavirus) u kull test li sar f’Għawdex irriżulta fin-negattiv.

Il-Ministeru jtenni li min jaħseb li għandu s-sintomi għandu joqgħod id-dar u jċempel 111 u jsegwi l-istruzzjonijiet mogħtija lilu mid-Dipartiment tas-Saħħa Pubblika.

L-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex qed jaħdem id f’id mad-Dipartiment tas-Saħħa Pubblika biex nassiguraw li l-miżuri kollha li qed jittieħdu għal Malta jkunu applikati wkoll f’Għawdex.

Il-Gozo Channel qed jieħu l-prekawzjonijiet kollha meħtieġa sabiex ma jinxteridx dan il-virus inkluż li ġew installati numru sostanzjali ta’ sanitizers fit-terminals u fuq il-vapuri. Ingħatat ukoll direzzjoni sabiex l-airconditions fuq il-vapuri ma jitħaddmux u jinfetħu l-bibien kollha li jagħtu għal barra għall-ventilazzjoni naturali.

Fl-eventwalità li pazjent f’Għawdex jirriżultà pożittiv, diġà tħejja protocol sabiex il-pazjent ikun jista’ jiġi trasportat lejn Malta b’mod sigur, kemm għall-pazjent, għall-ħaddiema, kif ukoll għall-pubbliku.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend