Notifiki

Il-ġenituri tat-tifla bil-Coronavirus jirriżultaw fil-pożittiv huma wkoll

L-awtoritajiet tas-saħħa jikkonfermaw li l-ġenituri tat-tifla li kienet pożittiva dalgħodu għal COVID-19, huma wkoll ġew konfermati bħala pożittivi. Il-ġenituri diġà kienu ġew iżolati fl-Isptar Mater Dei mat-tifla iktar kmieni dalgħodu.

Is-sitwazzjoni qiegħda kontrollata u miżmuma fil-familja li mindu ġiet lura Malta mill-Italja segwiet il-parir tal-awtoritajiet tas-saħħa u qagħdet fi kwarantina.

Fl-istqarrija, l-awtorijiet tas-saħħa qalu li dawn il-każijiet ġew miżmuma taħt iżolament.

S’issa saru 181 test fuq persuni li siefru f’postijiet milquta minn dan il-virus u żviluppaw sintomi. It-tliet membri ta’ din il-familja biss ġew pożittivi għall-COVID-19.

Bħala parti mis-sorvelljanza, ġew ittestjati 157 persuna oħra u ġew kollha negattivi għall-Coronavirus.

Nixtiequ nfakkru l-pubbliku li m’hemmx bżonn ta’ allarm u nfakkru fl-importanza tal-ħasil tal-idejn regolari, li tgħatti mnieħrek u ħalqek b’tissue, jew bil-minkeb meta tisgħol u tgħatas u toqgħod id-dar jekk tħossok ma tiflaħx. Għal aktar informazzjoni ċempel fuq l-helpline tal-COVID-19 fuq 111.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend