Notifiki

L-MSC OPERA mhux se jidħol f’Malta – ma kien ebda każ fuqu ta’ Coronavirus

Il-Gvern Malti u l-linja tat-tbaħħir MSC Cruises waslu fi fthiem biex illum, il-cruise liner MSC Opera ma jidħolx fil-Port il-Kbir.

Fi stqarrija, il-Gvern qal li d-deċiżjoni ttieħdet wara li tqajjem allarm pubbliku b’informazzjoni skoretta ppubblikata minn midja lokali permezz ta’ storja li kienet miżgħuda b’nofs veritajiet u dettalji żbaljati.

Il-Gvern innota li skont informazzjoni li rċieva, ma kien hemm l-ebda każ ta’ coronavirus abbord l-MSC Opera li kien ippjanat li jidħol f’Malta. Dan skont reviżjoni medika u l-awtorizzazzjoni li ngħata l-vapur minn portijiet oħra barranin li żar fl-aħħar jiem.

Minkejja l-fatti li ġew stabbiliti, il-Gvern Malti u l-MSC Cruises iddeċidew li l-cruise liner MSC OPERA jibdel ir-rotta tiegħu biex jevita aktar tħassib fost il-pubbliku Malti.

Il-Gvern Malti appella għar-responsabbiltà u għal maturità fi stqarrijiet li jsiru b’rabta mat-tifqiegħa tal-Coronavirus.

 

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend