Kjarifika dwar ir-reġistrazzjoni ta’ art fil-lokalità tan-Nadur – One News

Notifiki

Kjarifika dwar ir-reġistrazzjoni ta’ art fil-lokalità tan-Nadur


Is-Segretarju Parlamentari għaċ-Ċittadinanza u l-Komunitajiet Alex Muscat talab rapport dettaljat dwar reġistrazzjoni ta’ żewġ meded ta’ artijiet fin-Nadur li kellha affettwat numru ta’ residenti fil-qalba ta’ din il-lokalità.

Fil-bidu tal-ġimgħa, għexieren ta’ residenti fin-Nadur irċevew ittra li fiha ngħad li l-art li kienu qegħdin jokkupaw kienet tal-benefiċċju lajkali Sant’Antonio delli Navarra.

Is-Segretarju Parlamentari qal malli l-każ ġie għall-attenzjoni tiegħu, talab minnufih għal rendikont tal-fatti. Huwa sostna: “Hekk kif sirt naf din il-gimgha stess tlabt mill-ewwel sabiex isiru il-verifiki neċessarji sabiex nistabbilixxu eżattament dak li ġara jiennassigura lir-residenti kollha li b’xi mod jew ieħor ġew affettwati minn din ir-reġistrazzjoni tal-art fil-qalba tan-Nadur li se nara li tramite l-aġenzija tar-reġistrazzjoni tal-artijiet nipproteġu d-drittijiet tagħhom.”

Jirriżulta li fil-bidu ta’ Lulju tas-sena li għaddiet, diversi artijiet madwar Malta u Għawdex ġew inklużi fiż-żona ta’ reġistrazzjoni, fosthom in-Nadur.

F’Jannar u Frar ta’ din is-sena l-Aġenzija għar-Reġistrazzjoni tal-Artijiet waslulha żewġ applikazzjonijiet għal reġistrazzjoni ta’ ftit aktar minn 27,000 metru kwardu ta’ art f’isem il-benefiċċju lajkali Sant’Antonio delli Navarra.

B’rabta ma’ dawn ir-reġistrazzjonijiet, is-Segretarju Parlamentari Muscat tenna li l-Gvern jifhem it-tħassib ġenwin tar-residenti u għalhekk talab ukoll dokumenti oħra relatati mal-każ, sabiex jiġi assigurat li ma jkun hemm l-ebda ksur ta’ drittijiet u tiġi stabbilita l-validità tal-proċess segwit.

Huwa żied jgħid li mhux qed jiġi eskluż li jittieħdu passi ulterjuri.

Fl-istess waqt qal li l-Aġenzija għar-Reġistrazzjoni tal-Artijiet qed tagħmel il-verifiki tagħha.

Is-Segretarju Parlamentari qal li t-Tnejn li ġej se jiltaqa’ mal-Kunsill Lokali tan-Nadur u mar-residenti milquta.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend