ARA: Il-vidjow mużikali tal-kanzunetta ‘My Time’ ta’ Owen Leuellen – One News

Notifiki

ARA: Il-vidjow mużikali tal-kanzunetta ‘My Time’ ta’ Owen Leuellen


Owen Leuellen għadu kemm nieda l-ewwel kanzunetta tiegħu bl-isem ta’ ‘My Time’.

Leuellen li kiseb poplarità kbira wara li kklassifika fit-Tieni post fl-ewwel edizzjoni ta’ X Factor.

Bosta ammiraturi ta’ Leuellen ilhom ħafna jistennew din il-kanzunetta. Din il-kanzunetta żgur li mhux se jkun l-aħħar proġett tal-kantant. Dan għaliex fi żmien li ġej hu mistenni jniedi album.

Il-kanzunetta ‘My Time’ tittratta s-suċċess u l-impenn ta’ Leullen li tant stinka sabiex jħalli impatt fl-industrija mużikali.

Il-messaġġ ewlieni tal-kanzunetta huwa li jekk wieħed jistinka u jagħmel l-almu kollu tiegħu, jirnexxielu jasal għal dak li jixtieq.

Steve Levi Vella dderiġa l-vidjow mużikali.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend