Tersaq lejn tmiemha l-ewwel fażi tal-Kampjonat tal-Veterans Malta Football Association – One News

Notifiki

Tersaq lejn tmiemha l-ewwel fażi tal-Kampjonat tal-Veterans Malta Football Association

Matul din il-ġimgħa ntlgħabu żewġ logħbiet mill-fażi tal-gruppi tal-Kampjonat tal-VMFA, fejn fil-ground ta’ Ħ’Attard, fi Grupp A Balzan Veterans għelbu lil Gozo Glory 12-8 f’logħba li ma kellha ebda effett fuq il-klassifika. Minn dan il-grupp is-selezzjoni tal-Malta Football Players Association (MFPA) ikkwalifikaw bħala rebbieħa tal-grupp, u Ħamrun Spartans qatgħu passaġġ għas-semifinali bit-tieni post.

Fi Grupp B, Luxol St Andrews żammew it-tamiet tagħhom ħajjin b’rebħa ta’ 7-4 fuq ir-rebbieħa tal-Grupp, Wardija, biex issa jinsabu fit-tieni post, punt fuq Valletta Lions. Valletta jilgħabu l-aħħar logħba tagħhom kontra San Ġwann għada, fejn b’rebħa jerġgħu jaqbżu lil Luxol u jkunu huma li jikkwalifikaw għas-semifinali.
Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend